Privatezza Personali
Nixtiequ nirringrazzjawkom talli żortu l-www.gov.mt. Aħna mpenjati lejn il-protezzjoni tal-privatezza tal-viżitaturi tagħna u ma niġbru
ebda informazzjoni personali dwarkom sakemm intom ma tipprovduhielnix volontarjament. Kull informazzjoni personali li intom tag ħtu lilna tinżamm fi
ħdan gov.mt innifsu skond l-att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data 2001.
L-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data 2001 għadda fl-14 ta' Diċembru 2001 u t-taqsima li tikkonċerna l-ħatra
tal-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data u t-Tribunal ta' l-Appelli tal-Protezzjoni tad-Data ġiet fis-seħħ mit-22 ta' Marzu 2002. Għalhekk aħna
nikkunsidraw li għandna dmir legali biex nirrispettaw u nipproteġu kwalunkwe nformazzjoni personali li niġbru mingħandkom u dan id-dmir nirrispettawh. Qed
nieħdu l-passi kollha neċessarji biex nevitaw aċċess mhux awtorizzat u ma ngħaddux id-dettalji miġbura mingħandkom bħala viżitaturi, lil xi parti terza
jew Dipartiment tal-Gvern sakemm intom ma tagħtuniex il-kunsens tagħkom.
Bħala viżitatur, niġbru tliet tipi ta' nformazzjoni dwarek:
Informazzjoni dwar kuntatt jew feedback;
-
Informazzjoni dwar id-download tal-webpage;
-
Informazzjoni dwar l-użu tas-Sit.
Meta timla l-formola dwar il-paġna ta' "Agħmel Kuntatt Magħna", aħna nużaw l-informazzjoni personali sottomessa fil-formola biss biex
nirrispondu għall-messaġġ tiegħek. Din l-informazzjoni personali ma tinżammx iktar milli neċessarju u titħassar la darba l-ħtieġa tal-feedback tintlaħaq.
Jekk taqra jew tniżżel informazzjoni mis-sit tagħna, aħna awtomatikament niġbru u naħżnu l-informazzjoni li ġejja li mhijiex personali:
-
Il-webpage jew download mitluba;
-
Jekk it-talba kinitx ta' suċċess jew le;
-
Id-data u l-ħin meta int għamilt aċċess għas-sit;
-
L-indirizz ta' l-Internet tal-web site jew l-isem tad-dominju tal-kompjuter li minnu int għamilt aċċess għas-sit;
-
Is-sistema ta' operazzjoni tal-magna li qed tmexxi l-web browser tiegħek u t-tip u l-verżjoni tal-web browser tiegħek.
-
Jekk jogħġbok innota li din l-informazzjoni hija strettament biss għall-użu ta' gov.mt u mhix maqsuma, mikrija, jew mibjugħa fi
kwalunkwe mod lil xi organizzazzjoni oħra.
mpo.gov.mt jiġġenera "cookies" għal kull sessjoni meta inti żżur il-web site tagħna. Dawn il-cookies jaħżnu informazzjoni
li hi mibgħuta lill-browser tiegħek - flimkien ma' web page- meta inti tagħmel aċċess għall-web page. Il-browser tiegħek jirritorna
l-informazzjoni dwar il-cookie biss lid-dominju li minnu l-cookie oriġina, jiġifieri gov.mt u ebda web site ieħor ma jista' jitlob din l-informazzjoni.
Meta inti tirritorna għal www.gov.mt, il-cookie jerġa' jintbgħat lill-web server, flimkien mat-talba l-ġdida tiegħek.
Is-Sit tagħna għandu numru ta' links għal organizzazzjonijiet u aġenziji lokali u internazzjonali oħrajn. Hemm xi
każijiet, għall-benefiċċju tal-viżitatur, fejn jista' jkun meħtieġ li aħna noħolqu link għal web sites oħrajn ta' organizzazzjonijiet oħrajn wara
li jinġjieb permess mingħandhom rispettivament. Huwa mportanti għalik li tinnota li malli tagħmel link għal sit ieħor, inti m'għadekx fis-sit tagħna u ssir
soġġett għall-politika privata tas-sit il-ġdid.
Inti tista' titlobna f' kull ħin liema informazzjoni dwarek hija effettivament miżmuma, jekk hemm, f'dak il-ħin partikolari. Inti għandek
id-dritt li xi affarijiet dwarek li mhumiex eżatti jiġu kkoreġuti u meta applikabbli mħassra, jekk ma jkunux diġa' ħassra.
Jekk ikun hemm xi bidliet f'din il-policy ta' privatezza persunali, aħna dejjem se aġġornaw din il-paġna. Huwa għalhekk
fl-interess tiegħek li tagħti titwila lejn l-paġna tal-"Privatezza Persunali" kull meta tagħmel aċċess għall-web site tagħna sabiex tkun konxju ta' xi
tibdiliet li jistgħu iseħħu minn żmien għal żmien.
|