|
Il-Public Service Management Code (PSMC)
Il-PSMC jiġbor fil-qosor ir-regolamenti u l-policies eżistenti dwar l-immaniġjar tar-riżorsi umani fis-servizz pubbliku. Il-kontenut tal-PSMC huwa mmirat sabiex il-valuri tas-servizz pubbliku, kif stipulati fl-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, ikunu osservati.
Is-Segretarju Permanenti Ewlieni ta lill-PSMC is-saħħa legali ta’ direttiva, permezz ta’ Direttiva Numru 1, pubblikata skont l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika.
Din id-direttiva tispeċifika li r-regolamenti u l-policies tal-PSMC jorbtu lill-uffiċjali pubbliċi kollha u li kull nuqqas ikun trattat skont l-artiklu 15(2) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika li jgħid li "uffiċjali pubbliċi għandhom isegwu d-direttivi applikabbli kollha maħruġa mis-Segretarju Permanenti Ewlieni u uffiċjali li jonqsu milli jagħmlu dan ikunu suġġetti għal proċedimenti taħt ir-Regolamenti tad-Dixxiplina".
Il-PSMC issa huwa aġġornat u l-Edizzjoni tal-2011, korretta sas-7 ta’ Marzu 2011, tinsab online.
Għall-emendi tal-PSMC agħfas fuq is-sena mixtieqa:
2006,
2007,
2008,
2009,
2011.
|