| |
HRIMS
Bħalissa, HRIMS hi l-għodda prinċipali tar-riżorsi umani tal-Gvern. Dan is-software ilu jintuża mill-1996, u kwazi l-Ministeri
kollha huma online permezz tiegħu. HRIMS huwa xogħol tal-MITTS (Malta Information Technology & Training Services)
Ltd. Iktar minn mija w hamsin ħaddiem juża l-modules differenti tas-sistema fid-dipartimenti tar-riżorsi umani u siti ħodda qed jiżdiedu ta'
spiss. L-iżvilupp u t-titjib tas-sistema huma r-risponsabbilta' tad-Dipartiment ta'
l-HR Systems & Data Management fil-Management & Personnel Office.
Il-Ministeri kollha issa għandhom għodda tar-riżorsi umani li tista' taqdihom fil-bżonnijiet tagħhom ta' kulljum. Is-sistema għinet ħafna
biex jinxterdu l-modules tal-Vacation Leave, Sick Leave u Absences fost id-dipartimenti tal-Gvern kollu. Magħha l-ħaddiema jagħmlu użu minn
settijiet taż rapporti diġa' lesti li huma flessibli u faċli biex jużahom kullhadd. Għalhekk, id-dipartimenti tar-riżorsi umani issa għadhom biċċa għodda
li taqdihom fl-iċken rapport li jkollhom bżonn.Il-Workforce Planning & Analysis Branch f'dan id-dipartiment iżomm records ta' kull kategorija ta' impjegat
fis-Servizz Pubbliku. Informazzjoni ġdida li tiddaħħal fis-sistema kulljum tista' tidher permezz tan-network fil-Line Departments kollha wara
proċess ta' data transfer.
Minkejja l-fatt li l-HRIMS bdiet bħala prototype, baqgħet taqdi l-funzjoni tagħga sew għal bosta snin. Illum, iżda, qed jinħass
il-bżonn li din tinbidel b'software iktar sofistikat li jista jlaħħaq mal-bżonnijiet tax-xogħol.
L-istrategija tagħna hi li nintegraw il-funzjonijiet tar-riżorsi umani mal-module tal-pagi
- ħaga li diġa' teżisti fil-HRIMS.
Dan il-pass ikun ifisser inqas data entry, u vantaġġi oħra, peress li ż-żewg funzjonijiet ikunu magħqudin.
|