HR Systems & Data Management
- Għanijiet
L-għanijiet ewlenin ta' d-Dipartiment ta'
l-HR Systems & Data
Management
fi ħdan il-Management & Personnel Office huma:
-
Li jwettaq u jkompli jiżviluppa l-Performance Management Programme (PMP) bl-iskop li jgħin lill-impjegati jtejbu l-produttivita tagħhom skond kejl miftiehem minn qabel;
-
Li jtejjeb it-tmexxija tar-riżorsi umani fis-Servizz Pubbliku billi regolarment jorganiżża laqgħat ghad-Diretturi (Servizzi Korporattivi), Diretturi (Finanzi u Amministrazzjoni) u Managers tar-Riżorsi Umani;
-
Li jipprovdi għajnuna kontinwa lid-Dipartimenti fuq affarijiet marbuta ma' strutturi ta' organiżżazzjoni,
staff complementing, job
design/evaluation u funzjonijiet oħra li għandhom x'jaqsmu mar-riżorsi umani;
-
Li jagħmel l-aħjar użu mill-faċilitajiet li toffri l-Human Resource Information Management System (HRIMS) u jfittex modi ġodda kif isaħħah u jtejjeb is-sistema.
|