MPO - Mistoqsijiet Komuni
MPO logoMPO logo

 
Employee Relations
HR Systems & Data Management
Mappa tas-Sit | Employee Relations | Agħmel Kuntatt Magħna | Caħħad | Resourcing | HR Systems & Data Management | Struttura Organiżżattiva | Privatezza Persunali | Għajnuna | Mistoqsijiet Komuni | Abarijiet | Rapporti Anwali | Drittijiet ta' l-Awtur | Dħul | Fittex Hawn | Gov.mt | DOI | SDO

English Ras il-Pagna

 

HR Systems & Data Management

X'inhul-iskop tal-Performance Management Programme?
Servizz Pubbliku modern ma jistax jgħaddi mingħajr Programm effettiv u kontinwu ta' Performance Management. Il-Performance Management Programme (magħruf ukoll bħala l-PMP) hu process ta' evalwazzjoni  kontinwa tal-performance tal-impjegati.

Il-Programm jgħin biex jitjieb is-Servizz Pubbliku u biex l-impjegat ikun iktar motivat.

X'inhu mistenni mill-Performance Management Programm?

Il-Performance Management Programme huwa għodda effettiva f'idejn il-Managementli tipprovdi:

(a) lill-Organiżżazzjoni b'xhieda strutturata fuq il-kwalita' tax-xogħol tal-impjegat.
(b) lill-impjegat b'rispons regolari fuq il-kwalita' ta' xogħol u .
(c) bażi għal titjib fil-kwalita' tax-xogħol tal-impjegati
 

Resourcing

X'opportunitajiet ta' xogħol hemm fis-Servizz pubbliku?  

Postijiet fis-Servizz Pubbliku jintlew f'żewġ metodi: b'sejħiet għall-applikazzjoni interni jew sejħiet minn barra. Postijiet vojtha interni jintlew permezz ta' Ċirkolari li toħrog mill-Management & Personnel Office, li hi miftuha għall-ħaddiema tal-Gvern, filwaqt li postijiet vojtha esterni jiġu ppublikati fil-Gażżetta tal-Gvern. Ċirkolarijiet tal-MPO jinsabu fuq dan il-website, filwaqt li dawk esterni jinsabu fuq il-website tad-DOI. Tistaw tidħlu fiha permess tal-link li hemm fuq il-home page tagħna.

 

Employee Relations

Kif tiġi mħaddma d-dixxiplina fis-Servizz Pubbliku?

Fis-Servizz Pubbliku, din tiġi mħaddma f'termini tar-Regolamenti tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (Proċedura ta' Dixxiplina)

(Avviż Legali 186 ta' l-1999).

Fil-każ li jitressqu xi akkużi kontrija, x'inhuma d-drittijiet tiegħi?

Meta jitressqu akkużi kontra uffiċjal pubbliku, dan għandu d-dritt jagħti r-risposta tiegħu f'kull stadju tal-proċeduri, iżda wkoll:

(a) li jkun jaf id-dettalji tal-każ kollu mressaq kontrih

(b) li jipprapreżenta id-difiża tiegħu stess.

(c) għandu dritt jara id-dokumentazzjoni tal-evidenza kollha.

(d) li jkun assistit minn persuna magħzula minnu stess.

(e) għandu dritt ikun jaf b'kull deċizjoni meħuda fi żmien ta' 20 ġurnata.

Hemm benefiċċji speċifiċi għall-ħaddiema nisa lijkollhom tarbija?

Uffiċjali pubbliċi nisa jistaw jieħdu Leavetal-Maternita' mħallas qabel u wara it-twelid tat-tarbija tagħhom. Kull uffiċjal pubbliku għandu d-dritt għall-Parental Leave mingħajr ħlas u jistaw jaħdmu siegħat imqassra biex jieħdu ħsieb ulied taħt l-eta' ta' 8 snin. Uffiċjali pubbliċi nisa jistaw ukoll jagħmlu użu minn adoption leave fil-każ li jagħżlu li jaddottaw it-tfal.

X'benefiċċji hemm għal min irid jieħu ħsieb ulied bi bżonnijiet speċjali?

Uffiċjali pubbliċi b'ulied bi bżonnijiet speċjali jistaw jagħmlu użu mir-responsibility leave jew ħinijiet mqassra ta' xogħol biex ikollhom iktar hin jipprovdu kura lil ulied b'diżabbilta'.

Hemm xi benefiċċji gżall-uffiċjali pubbliċi li għandhom ġenituri anzjani li għandhom bżonn kura speċjali?

Anke dawn l-uffiċjali pubbliċi jistaw jibbenefikaw mir-responsibility leave jew permess biex jaħdmu ħinijiet mqassra.

Kif jinħadem is-sahra nhar ta' Ħadd u fil-festi pubbliċi?

Dawk il-ħaddiema kollha li huma eliġibbli għas-sahra nhar ta' Ħadd huma mħallsin rati doppji għal kull siegħa skond ir-rata minima ta' paga ta'gurnata. Sahra fil-festi hi mħallsa rata u nofs skond 'actual timerates' skond ir-rata minima ta' paga ta' ġurnata.

L-impjegati każwali jew part-time għandhom dritt għas-sahra?

Le, jekk ikun hemm bżonn li jaħdmu ħinijiet żejda, dawn jiġu mħallsa bir-rata ta' ħlas li jkunu dejjem mħallsa biha.

Sieq il-Pagna
Sieq il-Pagna