Salarji fl-Unjoni Ewropea
L-uffiċjali fl-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea igawdu livell għoli tal-ħajja. Is-salarji bażiċi għoljin huma miżjuda b'increments kull sentejn fuq skala
li hija riveduta kull sena. It-tabella hawn taħt turi s-salarji li xi gradi jibdew bihom (figuri ta' Lulju 2002). Dawn is-salarji huma mtejjba bpakkett ta allowances li jiddependu miċ-cirkustanzi personali ta
dak li jkun:
-
Expatriation Allowance għal dawk kollha li jkunu jaħdmu l-bogħod minn arthom, u hija ugwali għal 16% tas-salarju bażiku.
-
Household Allowance -għal uffiċjali li jkunu s-sors ewlieni ta' qliegħ fil-familja, u hija ugwali għal 5% tas-salarju bażiku.
-
Dependents Children Allowance -rata waħda ta' madwar 237 Euros (madwar Lm 102*) fix-xahar għal kull wild taħt it-18-il sena bil-possibilita'li din l-eta'tiġi estiża sa 26 sena għal wild li jkun
qiegħed jieħu edukazzjoni formali jew taħriġ vokazzjonali.
-
Education Allowance -biex tkopri l-ispejjeż għal kull wild dipendenti minn 6 snin sa 26 sena jekk ikun għadu jirċievi edukazzjoni "full time" (tvarja skond l-eta'tal-wild)
-
Relocation Package -allowances varji u għotjiet li jagħmlu tajjeb għal spejjeż konnessi ma ġarr tad-dar kemm meta wieħed jieħu appointment kif ukoll meta wieħed ikun se jerġa' lura lejn art twelidu.
|
GRADI
|
RANGE (EUROS FIX-XAHAR)
|
|
|
Salarju Minimu Salarju Massimu
|
A6/LA6
|
5357,85
7404,16
|
A7/LA7 |
4612,02
5759,47 |
A8/LA8 |
4078,92
4243,42 |
B5 |
3010,37
3391,37 |
C5 |
2322,00
2607,45 |
D4 |
2099,79
2358,12
|
*Ibbażata fuq ir-rata tal-kambju ta'
Lm 1 = 2.3197 Euros tas-27 ta'
Mejju 2003.
Benefiċċji Oħra -
Skema ta'
Penzjoni
L-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea iħaddmu skema ta' penzjoni kontibutorja. Il-kontribuzzjonijiet ilaħħqu għal madwar 8.25% tas-salarju bażiku.
Il-penzjoni massima ta' ll-irtirar hija 70% ta' l-aħħar salarju bażiku għal 35 sena servizz u hija proporzjonalment anqas għal servizz iqsar. Jeżistu ukoll arranġamenti sabiex isir bdil ta' ħlasijiet bejn l-iskema tal-penzjoni ta' l-Unjoni Ewropea u xi skemi
oħrajn ta' organizzazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali. Għalkemm l-istaff li jservi għal anqas minn għaxar snin ma jikkwalifikax għall-penzjoni, wiehed għandu d-dritt għal għotja tat-terminu tas-servizz.
Assikurazzjoni fuq is-saħħa
Assikurazzjoni fuq is-saħħa hija pprovduta lill-uffiċjali u d-dipendenti tagħhom billi wieħed iħallas kontribuzzjoni massima ta' 2% tas-salarju bażiku. Normalment hemm benefiċċju massimu ta'
85% ta' l-ispejjez li wieħed jagħmel, imma dan jista' jitla għal 100% fil-każ ta' mard serju. Jeżistu ukoll għotjiet għat-twelid u għan-nuqqas ta' saħħa jew mewt ikkawżat minn mard jew aċċident relatat mat-tip ta'
xogħol.
L-istaff jikkontribwixxi wkoll 0.1% tas-salarju bħala spejjeż għall-assikurazzjoni kontra aċċidenti li ma jkunux kawżati min-natura tax-xogħol.
Tassazzjoni
Il-paga tal-uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea hija suġġetta għal taxxa li tinqata' minn ras il-għajn. Ir-rata ta' taxxa tvarja bejn 8% u 45% u tiddependi fuq iċ-ċirkostanzi individwali. Id-dħul kollu jmur fil-budget ta'
l-Unjoni Ewropea u jiġi bilanċjat kontra l-kontribuzzjonijiet ta' l-Istati Membri. Għal din ir-raġuni, ir-remunerazzjoni hija eżenti mill-ħlas tat-Taxxa nazzjonali minħabba l-Protokoll dwar Privileġġi u Immunitajiet.
Sigħat ta' Xogħol u Vaganzi
Il-ġimgħa normali tax-xogħol hija ta' 37 siegħa u nofs, għalkemm l-istaff huwa teoretikament disponibbli għax-xogħol f'kull ħin.
Il-vaganzi huma mill-anqas 24 jum fis-sena li jitilgħu sa massimu ta' 30 jum. Vaganzi addizzjonali jistgħu jinagħtaw minħabba l-eta', il-grad u d-distanza mill-pajjiż ta' dak li jkun.
|