Reklutaġġ ma' l-Unjoni Ewropea
Il-Management & Personnel Office fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, bħala l-aġenzija ċentrali tal-Gvern responsabbli mir-riżorsi umani fis-Servizz Pubbliku, hija l-punt ta' referenza għal dak li jirrigwarda reklutaġġ ma' l-Unjoni Ewropea. Sejħiet għal applikazzjoni għall-postijiet
vakanti fl-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea, li għalihom jistgħu japplikaw ukoll ċittadini Maltin, joħorġu mill-EPSO, l-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Personnel.
L-infomazzjoni fuq reklutaġġ u sejħiet għal postijiet vakanti fl-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea, li huma l-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti ta' l-Awdituri, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Soċjali, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Uffiċċju ta' l-Ombudsman, tidher fuq il-website ta' l-Uffiċċju
Ewropew għall-Għażla tal-Personnel, EPSO fuq
http://europa.eu.int/epso/index_en.htm.
Min japplika għal xogħol ma' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea ġeneralment ikun mitlub jibgħat curriculum vitae fil-format
tal-UE. Wieħed jista' jara eżempju ta' CV mimli billi jagħfas
hawn. Tagħrif fuq kif wieħed jimla' sewwa curriculum vitae fil-format ta'
l-U.E. jinsab billi wieħed jagħfashawn.
L-MPO jieħu ħsieb li javża u jipprovdi assistenza lill-pubbliku in ġenerali dwar sejħiet għal postijiet vakanti u r-reklutaġġ
mal-Unjoni Ewropea.
Biex tara il-lista sħiħa ta' vakanzi
fl-Istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea,
jekk jogħġbok
ara l-website tad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni billi tagħfas
hawn.
Il-Kummissjoni Ewropea u l-istituzzjonijiet l-oħra ta' l-Unjoni Ewropea joffru ambjent ta' xogħol ta' sfida kontinwa għal min jaħdem fihom. Għaldaqstant, l-MPO fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru jixtieq jiżgura li ħafna Maltin ikunu jafu bl-opportunitajiet li jista' jkollhom fi Brussell u fil-Lussemburgu.
L-MPO joffri assistenza u pariri lil dawk kollha interessati li japplikaw għal sejħiet għal postijiet vakanti li joħroġ il-European Personnel Selection Office. Jekk teħtieġ għajnuna ta' din ix-xorta, ikkuntattja
lid:
|