MPO - Karriera fl-UE
MPO logoMPO logo

 
Employee Relations
HR Systems & Data Management
Mappa tas-Sit | Employee Relations | Agħmel Kuntatt Magħna | Caħħad | Resourcing | HR Systems & Data Management | Struttura Organiżżattiva | Privatezza Persunali | Għajnuna | Mistoqsijiet KomuniAbarijiet | Rapporti Anwali | Drittijiet ta' l-Awtur | Dħul | Fittex Hawn | Gov.mt | CIMU | DOI | SDO

English    
Ras il-Pagna  

 

Struttura ta' Karrieri fl-UE
L-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandhom erba'kategoriji prinċipali ta'Staff Permanenti magħrufa bħala Gradi A, B, C u D li biex wieħed jidħol fihom irid joqgħod għal eżami kompetittiv.  Il-kompetizzjonijiet li qed nirreferi għalihom hawnhekk jikkonċernaw prinċiplament lill-gradwati li japplikaw għal kompetizzjonijiet għal Amministratur fi grad 'A'.  Madanakollu, hemm gradi oħra li għalihom din il-gwida fil-qosor hija wkoll valida, bħall-kandidati li japplikaw għall-grad LA (Lingwisti gradwati li jaħdmu fil-Joint Interpreting and Conference Servicejew fit-Translation Service) u għal dawk il-kandidati li ma jkunux gradwati u li japplikaw għal xi post fi grad 'B'.
L-Amministraturi huma l-uffiċjali li jiżviluppaw u jimplimentaw il-policy ta'l-Unjoni Ewropea.  Bħala uffiċjal fi grad 'A'wieħed jista'jkun imexxi programmi vasti ta'għajnuna ekonomika, jgħin fit-tfassil ta' kif l-Unjoni taħsibha fi sferi diversi bħall-kwalita'ta? l-ambjent jew fuq il-politika tal-kompetizzjoni, jaħdem barra mas-servizzi tar-relazzjonijiet esteri tal-Kummissjoni Ewropea jew jiżviluppa u jsegwi  l-politika eżistenti f?oqsma bħas-saħħa u l-agrikoltura.  Il-postijiet kollha fi grad 'A'jeħtieġu mhux biss ħila intellettwali imma wkoll kapaċita'fit-tmexxija tan-nies, flus u riżorsi oħra.  Il-Kummissjoni għandha madwar 5200 amministratur impjegat magħha, b'numru anqas, sew mal-Kunsill kif ukoll mal-Parlament Ewropew.
F'dawn l-aħħar snin, il-gradwati ġew reklutati f'xi wieħed minn żewġ livelli.  Il-grad A8 huwa għall-gradwati ġodda jew dawk li ggradwaw fit-tliet snin ta'qabel il-pubblikazzjoni tal-kompetizzjoni.  Il-grad miksub għandu jkun ta'livell li jista'jwassal għal studji dottorali.  Xi kompetizzjonijiet huma miftuħa għall-gradwati fis-suġġetti kollha; oħrajn ikunu jeħtieġu grad f'xi suġġett speċifiku bħal fil-liġi jew fl-ekonomija.  L-ebda esperjenza ta' xogħol ma hija meħtieġa.  L-ebda kwalifika formali f'xi lingwa ma hija neċessarja, iżda wieħed jiġi ttesstjat biex jiġi stabbilit jekk jafx biżżejjed it-tieni lingwa tal-Unjoni Ewropea fuq livell li bejn wieħed u ieħor ikun qrib sewwa għal-livell Avvanzat.
 Il-grad A7 huwa għal dawk il-gradwati li jkollhom mill-anqas tliet snin esperjenza f' xogħol relevanti fuq livell ta'gradwat (li jista jinkludi studji postgraduate) u grad ta' livell li jista jwassal għal studji dottorali.  Fuq il-livell A7, wieħed jista'jkollu l-għażla li japplika bħala amministratur ġenerali (bħala gradwat f?kull suġġett), jew bħala speċjalist bħal ngħidu aħna avukat, accountant/awditur jew eknomista/statistician. L-istess bħal qabel, l-ebda kwalifika formali f'xi lingwa ma hija meħtieġa, iżda wieħed jiġi ttestjat biex jiġi stabbilit jekk jafx bizzejjed it-tieni lingwa ta'l-Unjoni Ewropea fuq livell li bejn wieħed u ieħor ikun qrib sewwa għal-livell Avvanzat
Il-prospetti għal karriera mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni ewropea huma tajbin.  Dawk li jidħlu fi grad A8 jistgħu jilħqu grad A7 wara sentejn jew tliet snin u A6 fi żmien erbgħa jew ħames snin oħra.  Dawk l-impjegati li jkun kapaċi għandhom fejn javvanzaw iżjed.
Sieq il-Pagna
Għanijiet|PMP|PMP Downloads|HRIMS|Reklutaġġ fl-UE|Salarji|Xogħol fl-UE
Sieq il-Pagna