|
|
Kodiċi ta’ Etika għall-Impjegati Pubbliċi
Dan il-Kodiċi ta’ Etika jirregola l-imġieba tal-Impjegati Pubbliċi hekk kif stabbilit fl-Ewwel Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kap 497).
Dan il-Kodiċi ta’ Etika huwa adottat f’qafas ta’ prinċipji li huma fundamentali għal kif wieħed għandu jġib ruħu, li huma identifikati bħala l-fiduċja tal-pubbliku: il-qadi tal-pubbliku u l-komunità kummerċjali, ir-responsabilità lejn il-Gvern tal-ġurnata, il-produttività u l-flessibiltà, u d-drittijiet tal-impjegati pubbliċi.
|